Fil-kċina ma’ Xef Xandra

Fil-kċina ma’ Xef Xandra This page is for recipe sharing, easy cooking methods to follow, cooking tips and hints…enjoy!

Ikla tajba, sajfija, tajba għal saħħtek u bi ftit kaloriji:  SIDRA TAT-TIĠIEĠ BL-INSALATA TAL-QUINOA U R-ROSS! Jekk taqs...
02/09/2026

Ikla tajba, sajfija, tajba għal saħħtek u bi ftit kaloriji: SIDRA TAT-TIĠIEĠ BL-INSALATA TAL-QUINOA U R-ROSS! Jekk taqsam fi tlieta madwar 550 kalorija biss!

Ingredjenti:
500g sidra tat-tiġieġ imqattgħa rqiq
5 imgħaref frak tal-ħobż
3 imgħaref ġobon Parmeġġjan maħkuk
3 imgħaref ħwawar tat-tiġieġ
2 bajdiet imħabbta

Għall-insalata:
Pakkett 250g quinoa u ross tal-microwave (Eurospin)
Brunġiela u qarabagħlija mqattgħin
3 sinniet tewm
8 żebbuġiet tal-għadma
3 tadamiet imqadda mqattgħin
Mgħarfa pesto
Ftit trab tat-tewm

Metodu: ħallat il-frak tal-ħobż, ġobon u ħwawar; għaddi t-tiġieġ mill-bajda mħabbta u wara mit-taħlita tal-frak tal-ħobż; roxx sprejjatura żejt u aħmi 20 minuta fuq 170 fl-airfryer (jew nofssiegħa fil-forn); sajjar il-quinoa fil-microwave; qalli ġo sprejjatura żejt il-brunġiel, qarabagħli u t-tewm; ħallat il-pesto, żebbuġ u tadam mal-quinoa u żid il-ħaxix imsajjar; servi bit-tiġieġ imqatta’. fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra KUL GĦAL QALBEK!

Ili ftit ma naqsam riċetti magħkom għax kelli ftit żmien ħażin fejn kelli injury żgħira….issa aħjar u qed nerġa’ nsajjar...
01/09/2026

Ili ftit ma naqsam riċetti magħkom għax kelli ftit żmien ħażin fejn kelli injury żgħira….issa aħjar u qed nerġa’ nsajjar! Hawn hi riċetta ġdida: TAGLIATELLE bil-PULPETTI TAL-LAĦAM fiz-ZALZA TAL-BRUNĠIEL!

Ingredjenti:
500g ikkapuljat dejf taċ-ċanga
100g bejken dejf bla xaħam
Basla
Żewġ biċċiet ħobż bla qoxra
Ftit trab tat-tewm, noċemuskata, paprika
Tursin u ħabaq frisk
Bżar u melħ
Bajda
Ftit dqiq

Għaz-zalza:
Basla mqattgħa
3 sinniet tewm
Biċċa karfusa mqattgħa
Karrottu mqatta’ rqiq
4 tadamiet mqattgħin
200ml meraq tat-tadam
3 imgħaref kunserva
Mgħarfa mixed spice u oħra kari
Ftit ħwawar imħallta Taljani
100ml inbid Marsala
Mgħarfa zokkor
Ħabaq frisk
Bżar u melħ
Brunġiela mqattgħa
Żejt taż-żebbuġa

Metodu: għaddi l-ingredjenti tal-pulpetti ħlief id-dqiq, mill-proċessatur u fforma fi blalen żgħar u għaddi mid-dqiq; qalli fi ftit żejt taż-żebbuġa u iġbor; qalli l-brunġiel fi ftit żejt taż-żebbuġa u warrab; qalli l-basla, tewm, karfus, karrotti, tadam u ħwawar; roxx il-meraq, l-inbid, il-kunserva, il-ħabaq u tektek għal madwar siegħa; fl-aħħar żid il-brunġiel moqli u ħawwad; żid il-pulpetti u sajjar ħames minuti oħra; servi mat-tagliatelle mgħollija al dente. KUL GĦAL QALBEK! fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

PASTINI TAL-COCONUT! I made a variation and added some choc chips! Enjoy with 🫖☕️Ingredients:200g butter200g sugar3 eggs...
22/08/2026

PASTINI TAL-COCONUT! I made a variation and added some choc chips! Enjoy with 🫖☕️

Ingredients:
200g butter
200g sugar
3 eggs
300g plain flour
300g dessicated coconut
1 tsp baking powder
Vanilla essence
Glace cherries
Chocolate chips

Method: mix the butter and sugar; add the eggs and beat well; add the flour, coconut, baking powder and vanilla; add the choc chips to half the mix; form into small balls; add half a glazed cherry on the plain ones; line a dish with baking paper and bake on 175 for 20 mins; enjoy with your fave cuppa! ❤️ fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Il-ftira s-soltu nħobb nagħmilha biż-żejt…illumgħamilt xi ħaġa differenti u VERA tajba! FTIRA la TALJANA!Metodu: aqli br...
22/08/2026

Il-ftira s-soltu nħobb nagħmilha biż-żejt…illum
għamilt xi ħaġa differenti u VERA tajba! FTIRA la TALJANA!

Metodu: aqli brunġiela żgħira mqattgħa roti roti, bżaru ikkulurit mqatta’, ftit tadam cherry ġo ftit żejt taż-żebbuġa; żid bżar, melħ u trab tat-tewm; servi fuq il-ftira tqarmeċ bi ftit ħabaq frisk u ftit balsamic glaze jekk tiggosta!

Hawn hi ikla ħafifa u tajba għal fejn il-baħar! PASTIZZOTTI TAL-KARI! (CURRY TURNOVERS)!Ingredjenti:2 folji għaġina puff...
18/08/2026

Hawn hi ikla ħafifa u tajba għal fejn il-baħar! PASTIZZOTTI TAL-KARI! (CURRY TURNOVERS)!

Ingredjenti:
2 folji għaġina puff
Għall-mili:
Patata ħelwa żgħira mqattgħa
Basla mqattgħa
100g ċiċri misjur
Karrottu mqatta’
Qarabagħlija mqattgħa
Mgħarfa kull wieħed trab tal-kari, kosbor midħun, mango chutney
Trab tat-tewm
100ml meraq tat-tadam
4 mgħaref mango chutney (extra)
Bajda mħabbta
Ġunġlien iswed

Metodu: qalli l-basla, patata, ċiċri, karrotti, qarabagħli u żid il-ħwawar u ftit bżar u melħ; żid il-meraq tat-tadam u tektek madwar siegħa; kessaħ; aqta’ kull folja tal-għaġina rettangolari f’sitt kwadri; poġġi 2 imgħaref mit-taħlita fuq l-għaġina u fuqha poġġi nofs kuċċarina miċ-chutney żejjed; għalaq fi triangoli, għalaq lpnub b’furketta, u taqqab il-wiċċ; idlek bil-bajda mħabbta; ferrex il-ġunġlien; aħmi f’dixx miksi bil-kartaforno fuq 170 għal madwar nofs siegħa.

NB. Tista’ tnaqqas il-kaloriji drastikament jekk tuża għaġina tal-yoghurt jew tal-irkotta flok għaġina puff, jew uża għaġina light; Tista’ żżid landa cornedbeef meta tpoġġi fuq l-għaġina; jekk jibqagħlek xi ftit kari meta tagħmlu mar-ross TARMIHX! Iffriża u użah b’dan il-mod! fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra KUL GĦAL QALBEK!

Platt għaġin tajjeb, faċli, tagħmlu malajr u jekk taqsam fi tliet porzjonijiet għandek madwar 485 kalorija! FUSILLI BIL-...
13/08/2026

Platt għaġin tajjeb, faċli, tagħmlu malajr u jekk taqsam fi tliet porzjonijiet għandek madwar 485 kalorija! FUSILLI BIL-PANĊETTA, ZALZETT TALJAN U L-PESTO!

Ingredjenti (għal x3 porzjonijiet)
210g fusilli
150g zalzett Taljan tal-majjal
100g panċetta f’dadi
3 imgħaref pesto
3 imgħaref ġobon Pecorino

Metodu: għalli l-għaġin fl-ilma bi ftit melħ sakemm isir al dente; ġo taġen xott imsaħħan qalli l-panċetta, u z-zalzett; iġbor nofsu u man-nofs tat-taġen żid 2 kuċċaruni ilma tal-għaġin, il-pesto u l-ġobon u ħawwad; zid l-għaġin u ħawwad; żid iktar ilma tal-għaġin jekk tarah qed jixxotta; servi bil-ħabaq frisk! fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Lura magħkom wara waqfa qasira! Hawn hi riċetta tajba, faċli u tagħmilha malajr; GNOCCHI SORRENTINA!Ingredjenti:400g gno...
12/08/2026

Lura magħkom wara waqfa qasira! Hawn hi riċetta tajba, faċli u tagħmilha malajr; GNOCCHI SORRENTINA!

Ingredjenti:
400g gnocchi al pomodoro e mozzarella; jew gnocchi tal-patata
200g tadam cherry
4 sinniet tewm
300ml polpa bil-ħabaq
100g mozzarella
100g parmiġġjan maħkuk
Ftit żejt taż-żebbuġa
Ftit ħabaq frisk

Metodu: qalli t-tewm, il-ħabaq u t-tadam
fiż-żejt taż-żebbuġa; żid ftit bżar, melħ u zokkor; żid il-polpa u l-injokki u sajjar ftit minuti; ferrex kollox ġo dixx u fuqu ferrex il-mozzarella u l-parmeġġjan; aħmi fuq 170 għal madwar nofs siegħa. fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Il-kejk li għamilt għal ċelebrazzjoni bikrija t’għeluq snin il-maħbub tiegħi Ronald Borg!!! KEJK TAĊ-ĊIKKULATA DOPPJA BI...
19/07/2026

Il-kejk li għamilt għal ċelebrazzjoni bikrija t’għeluq snin il-maħbub tiegħi Ronald Borg!!! KEJK TAĊ-ĊIKKULATA DOPPJA BIL-KREMA TAL-LARINĠ! Ronald Borg

Ingredjenti:
300g yoghurt taċ-ċikkulata
300g zokkor
6 bajdiet
360g dqiq plain
130g ko****na
2 imgħaref trab tal-ħami
Kuċċarina bikarbonat
240ml żejt
200ml ħalib xkumat
150g biċċiet taċ-ċikkulata

Għall-krema:
200g irkotta kremuża
100g ġobon kremuż
3 imgħaref zokkor
3 imgħaref ko****na
3 imgħaref ġamm tal-larinġ
3 imgħaref trab tal-jelly tal-larinġ imdewweb fi ftit misħun
Qoxra u meraq ta’ larinġa

Metodu għall-kejk: ħawwad il-yoghurt, zokkor u l-bajd; għarbel id-dqiq u l-ko****na u żid ftit ftit u ħawwad;żid it-trab tal-ħami u l-bikarbonat; żid iż-żejt u l-ħalib u ħawwad; ħallat iċ-ċikkulata ma’ kuċċarina dqiq u inkorpora fil-kejk; ferrex f’dixx miksi karta forno u aħmi fuq 170 għal madwar siegħa u kwart; kessaħ u aqsam min-nofs; ħallat l-ingredjenti tal-krema u ifrex fuq il-kejk; iksi kif tiggosta! fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Oħra tad-dieta, tajba għal dan iż-żmien u vera delizzjuża!!! ‘WRAP’ tal-KARROTTI u l-ĠOBON MIMLIJA! Kaloriji totali 435 ...
13/07/2026

Oħra tad-dieta, tajba għal dan iż-żmien u vera delizzjuża!!! ‘WRAP’ tal-KARROTTI u l-ĠOBON MIMLIJA! Kaloriji totali 435 biss u jekk taqsam fi tnejn għandek żewġ porzjonijiet kbar li jissodisfawk!!

Ingredjenti:
100g karrotti maħkuka
3 bajdiet imħabbta
3 imgħaref ċedar maħkuk
2 imgħaref Pecorino maħkuk
3 biċċiet perżut dejf
Ħass
Tadama mqattgħa
Ftit ħjar imqatta’
Imgħarfa lighter than light mayonnaise

Metodu: iksi dixx kartaforno u ferrex il-karrotti; fuqhom itfa’ l-bajd imħabbat, ftit trab tat-tewm, bżar, melħ u l-ġobon; aħmi fuq 200 għal għoxrin minuta u kessaħ; idlek bil-mayonnaise, ifrex l-ingredjenti l-oħra u itwi; aqsam fi tnejn u kul!!! KUL GĦAL QALBEK!

FTIRA TAL-IRKOTTA, ĠBEJNIET, SPINAĊI U BROKKOLI!Ingredjenti:Għall-għaġina:300g dqiq plain225g Greek yoghurt 0% fat Kuċċa...
09/07/2026

FTIRA TAL-IRKOTTA, ĠBEJNIET, SPINAĊI U BROKKOLI!

Ingredjenti:
Għall-għaġina:
300g dqiq plain
225g Greek yoghurt 0% fat
Kuċċarina mimsuħa bikarbonat
Ilma

Għall-mili:
500g irkotta
2 ġbejniet friski
100g spinaċi
Basla mqattgħa
Biċċa brokkoli
Ftit bżar, melħ, noċemuskata, trab tat-tewm
3 bajdiet
3 imgħaref ġobon maħkuk
3 imgħaref ċedar maħkuk
Bajda mħabbta
Ftit ġunġlien

Metodu: għall-għaġina ħawwad kollox flimkien; żid ftit ilma biex tifforma għaġina ratba; ħalli toqgħod ġo borża fil-friġġ għal ftit sigħat.

Għall-mili: qalli l-basla, spinaċi, brokkoli u l-ħwawar; kessaħ; ħawwad l-irkotta, l-ġobon, bajd, bżar u melħ u roxx fuq l-għaġina li tkun ftaħt; ferrex it-taħlita tal-ispinaċi u roxx ftit ġobon; idlek b’bajda mħabbta u ferrex ftit ġunġlien; aħmi fuq 200 għall-kwarta; baxxi għal 170 u aħmi kwarta oħra.
fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Address

Birkirkara

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Fil-kċina ma’ Xef Xandra posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Fil-kċina ma’ Xef Xandra:

Shortcuts

Share