07/09/2026
Marija Bambina – In-Naxxar
Verżjoni Titulari
F’sena ta’ sinifikat speċjali għall-komunità Naxxarija, bi pjaċir nippreżentaw din ir-replika fidila ta’ Marija Bambina, imsejsa fuq l-istatwa titulari meqjuma fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.
Is-sena 2026 timmarka t-300 sena mill-wasla tal-istatwa titulari fin-Naxxar, tliet sekli li matulhom din ix-xbieha saret parti mill-istorja, id-devozzjoni u t-tradizzjoni tal-komunità Naxxarija.
Din l-istatwa ġiet studjata bir-reqqa sabiex jiġu id-disinni li jinsabu fuq l-istatwa titulari kif ukoll il-karatteristiċi tagħha.
Id-disinni barokki preżenti fuq l-istatwa oriġinali ġew studjati u riprodotti fuq l-iskala sabiex jiġu adattati mad-daqs ta’ din ir-replika. Ingħatat ukoll attenzjoni partikolari lill-elementi lewn id-deheb u il-fidda u sintendi lir-raġġiera maestuża li tagħti lill-istatwa s-silwett tant karatteristiku tagħha.
Kull element ġie maħdum, irfinut u miżbugħ bl-idejn, b’rispett lejn l-istatwa titulari u lejn il-wirt artistiku u devozzjonali li tirrappreżenta.
F’dan l-anniversarju storiku, Arti Magri tingħaqad mal-komunità Naxxarija u mad-devoti ta’ Marija Bambina fit-tifkira ta’ 300 sena mill-wasla tal-istatwa titulari fin-Naxxar.
Imwaqqfa fl-1985 • Magħmula bl-idejn f’Malta
Marija Bambina – Naxxar
Titular Version
In a year of special significance for the Naxxar community, we are pleased to present this faithful replica of Marija Bambina, based on the titular statue venerated at the Parish Church of Naxxar.
The year 2026 marks 300 years since the arrival of the titular statue in Naxxar, three centuries during which this sacred image has become an integral part of the history, devotion and tradition of the Naxxar community.
The statue was carefully studied in order to reproduce the designs found on the titular statue, together with its distinctive characteristics.
The Baroque designs present on the original statue were individually studied and reproduced to scale, allowing them to be faithfully adapted to the dimensions of this replica. Particular attention was also given to the gold and silver elements and, of course, to the majestic radiating glory that gives the statue its unmistakable silhouette.
Every element has been handcrafted, finished and painted by hand, with respect for the titular statue and the artistic and devotional heritage it represents.
On this historic anniversary, Arti Magri joins the Naxxar community and all devotees of Marija Bambina in commemorating 300 years since the arrival of the titular statue in Naxxar.
Established in 1985 • Handcrafted in Malta