11/09/2026
Jekk tfittxu riċetti tiegħi fuq il-paġna ser issibu ħafna riċetti differenti ta' kif insajjar il-fenek, għax huwa laħam favorit tiegħi.
Warajh tiġieġ, vitella w' ħaruf.
Iċ-ċanga l-inqas favorita miegħi imma favorita ma l-irġiel tal-familja allura nsajjarha wkoll.
Illum il-fenek qlejtu bi ftit butir u żejt fuq nar baxx...umbad
Żidt basla u ftit tewm sew
Tadama mqatta', piżelli tal-friża, dada mfarrka tal-laħam, bżar iswed midħun frisk u tursin niexef
Ksejtu bil-għatu u tektikt għal 30 minuta u sar tebqa kif jgħid il-Malti, jiġifieri għartab ħafna u tajjeb.
Servejt miegħu ftit patata moqlija ta' Malta u ħobża tal-Malti friska
Mmmmmmm.... xi tjubija!!